Attivitajiet fil-Belt Valletta għal Jum l-Ewropa

Valletta
valletta-may-9

 

L-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta qed jipprepara sabiex jiċċelebra dan il-jum speċjali fid-9 ta’ Mejju!

L-istands ta’ informazzjoni se jkunu miftuħin għall-pubbliku fil-Pjazza tal-Ħelsien fil-Belt Valletta mid-9am. L-avveniment huwa organizzat minn SEM - Servizzi Ewropej f’Malta b’kooperazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew u entitajiet oħra relatati mal-UE.

L-avveniment se jinkludi:

•    Stands ta’ informazzjoni għall-pubbliku dwar programmi tal-UE, opportunitajiet ta’ finanzjament, u servizzi għaċ-ċittadini.

•    Il-finali tal-Kwiżż tal-Programm Skejjel Ambaxxaturi tal-Parlament Ewropew (EPAS), bis-sehem ta’ studenti minn skejjel sekondarji u postsekondarji.

•    Prestazzjonijiet ta’ mużika live mill-Malta Visual and Performing Arts School.

Ejja l-Belt Valletta f’Jum l-Ewropa sabiex tiskopri, titkellem, tara, tispira ruħek u taqsam il-valuri Ewropej ma’ nies b’fehmiet simili!

L-entitajiet parteċipanti jinkludu: SEM/FONDI.eu; Europe Direct Valletta/EU Careers/Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea; l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew; l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil; is-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES); SOLVIT Malta; iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi; l-Entitlement Unit (MFH); EUPA (Europass); Euroguidance; Ewropa Kreattiva; and URBACT/EUI.