Abbona għall-Bullettin Tagħna
Tista’ tabbona għall-bullettin tagħna billi tirreġistra fuq flimkien.eu. Ladarba toħloq kont, tkun fil-lista ta’ indirizzi tagħna u awtomatikament tibda tirċievi l-bullettin tagħna. 💙
Ordni Ewropew tal-Mertu
L-Ordni Ewropew tal-Mertu jonora l-kisbiet ta’ individwi li taw kontribut sinifikanti għall-integrazzjoni Ewropea jew għall-promozzjoni u d-difiża tal-valuri mnaqqxa fit-Trattati. Din is-sena l-Ordni se jingħata lil għoxrin individwu.
L-Istat tal-UE 2025
Matul id-dibattitu annwali dwar l-Istat tal-UE, il-Parlament Ewropew jeżamina bir-reqqa l-ħidma u l-pjanijiet tal-Kummissjoni. Segwi d-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni 2025 b'mod dirett nhar l-Erbgħa, 10 ta' Settembru, fid-9:00.
Events
Dossiers
Żgħażagħ
Attivitajiet organizzati għaż-żgħażagħ Maltin. Inrawmu ċittadini Ewropej attivi, kurjużi u motivati.
Euroscola
Il-programm Euroscola huwa opportunità inkredibbli għall-istudenti, sabiex jagħmluha ta’ MPE għal jum! Euroscola, li jsir fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu, jippermetti lill-istudenti minn madwar l-UE jinvolvu ruħhom f’dibattiti, diskussjonijiet, u proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet Ewropej kurrenti.
Il-MPE
Il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn 705 Membri eletti permezz ta’ proċess demokratiku uniku u multinazzjonali.
Wara l-aħħar elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju tal-2024, 6 MPE li jirrappreżentaw lil pajjiżna ħadu posthom fil-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Lulju 2024 għall-10 leġiżlatura tal-Parlament.
Skopri min huma u x’inhuma jagħmlu għalik!
Dwarna
Fejn issibna?
L-uffiċċju tagħna jinsab f’Dar l-Ewropa, f’dan l-indirizz: 254, Triq San Pawl, il-Belt Valletta 1215, Malta.
It-Tim Tagħna
Ms Elaine Cordina
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi
+356 21235075 elaine.cordina@europarl.europa.eu
Ms Odette Camilleri Bonett
Korrispondenta taż-Żgħażagħ
+356 21235075 odette.camilleri@europarl.europa.eu
Links Utli
Kampanji
Żur il-Parlament
Ejja u ara kif il-proposti jsiru liġi, u fejn il-MPE tiegħek jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar il-futur tal-Ewropa. Noffru firxa ta’ attivitajiet fi Brussell u Strażburgu, sabiex kemm jekk tiġi waħdek, mal-familja tiegħek, jew fi grupp, ikun hemm xi ħaġa għalik.
Żur is-sit tal-webEsplora l-kollezzjoni online ta’ Dar l-Istorja Ewropea
Il-kollezzjoni tinkludi varjetà wiesgħa ta’ oġġetti storiċi inklużi pitturi, dokumenti politiċi u propaganda, affarijiet ta’ kuljum u tifkiriet tal-passat, li jippermettulek tesplora l-istorja minn perspettiva Ewropea.
Żur is-sit tal-web