L-Uffiċċju tal-PE waqt Science in the City

Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta
science-in-the-city

L-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta se jkun preżenti għal darb’oħra waqt Science in the City fil-Belt Valletta fis-27 ta’ Settembru.

Science in the City hija waħda mill-aktar fieri popolari f’Malta, li tattira riċerkaturi u familji, fejn jinxteħet dawl fuq l-applikazzjoni tax-xjenza fil-ħajja ta’ kuljum.

Dan l-avveniment huwa opportunità unika għall-Uffiċċju f’Malta sabiex jiltaqa’ maċ-ċittadini, u jippreżenta l-ħidma tal-Parlament Ewropew b’modi dinamiċi u innovattivi, inkluż permezz tal-vjaġġ diġitali fil-Parlament biex joħloq aktar għarfien tal-mod kif jaħdem il-Parlament Ewropew.

Iċ-ċittadini żgħażagħ se jkollhom ukoll l-opportunità li jittestjaw l-għarfien tagħhom dwar il-ġeografija tal-UE u l-kapaċità tagħhom li jiddistingwu bejn informazzjoni vera u dik falza.

Ejjew żuru l-istand tagħna fi Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru fis-6pm!