Villaġġ Ewropew fl-Università ta’ Malta

Fid-9 ta’ Mejju niċċelebraw jum speċjali: Jum l-Ewropa!
Mid-9am sat-3pm, fil-Kwadranglu fl-Università ta’ Malta se jkun hemm il-Villaġġ Ewropew, jew European Village, li jittella’ ta’ kull sena. Dan l-avveniment huwa organizzat minn JEF Malta flimkien mal-European Studies Organisation u l-Istitut tal-Istudji Ewropej, kif ukoll organizzazzjonijiet studenteski oħra, dipartimenti tal-Università u entitajiet relatati mal-UE, inkluż l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew.
Il-Villaġġ Ewropew għal darb’oħra se jkun armat bi stands dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet Ewropej, kif ukoll inizjattivi relatati mal-UE li se jsiru kemm madwar il-kampus u anke lil hinn minnu.
F’12pm se ssir diskussjoni mal-Membri tal-PE, li fiha l-parteċipanti se jiddiskutu x’kienu l-prijoritajiet tagħhom mill-elezzjonijiet Ewropej tas-sena li għaddiet.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Ewropa mhix sempliċiment mod kif tiġi onorata l-istorja; hija mod kif jiġi rikonoxxut il-progress li għamlet l-Ewropa bħala kontinent u mod kif inġeddu l-impenn tagħna li naħdmu flimkien għal futur aħjar u aktar magħqud. Hija wkoll opportunità għaċ-ċittadini, speċjalment għaż-żgħażagħ, sabiex jinvolvu ruħhom u jkunu jafu aktar dwar il-proġett Ewropew.
Ejja l-Università u ċċelebra Jum l-Ewropa magħna!