Freshers' Week fl-Università
Tmiem is-sajf ifisser ħaġa waħda biss... il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. U x’inhu l-aħjar mod kif tibda s-sena skolastika jew akkademika milli billi żżur Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta?
L-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta se jkollu stand fuq il-kampus, li sservi bħala hub għall-konverżazzjonijiet u l-inizjattivi, filwaqt li jiġu enfasizzati l-valuri demokratiċi u l-involviment ċiviku. L-istudenti u l-alumni se jkollhom l-opportunità unika li jiddiskutu l-funzjonament tal-Parlament Ewropew, kif jaffettwa ħajjet iċ-ċittadini, u l-opportunitajiet li joffri mal-impjegati tal-Parlament stess.
Se jingħataw importanza partikolari t-traineeships Schuman offruti mill-Parlament Ewropew, li l-applikazzjonijiet għalihom se jintlaqgħu bejn l-1 u l-31 t’Ottubru.
Ejjew żuruna fuq il-kampus bejn il-5 u d-t’Ottubru!
