Id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà
Ingħaqdu magħna fl-1 t’Ottubru fis-6pm f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, għal diskussjoni u konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti mal-Membru tal-Parlament Ewropew (MPE) Peter Agius.
Il-MPE Malti Peter Agius inħatar bħala x-Shadow Rapporteur tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) minn żewġ kumitati li jagħtu opinjoni – il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) u l-Kumitat għas-Saħħa Pubblika (SANT) – dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà wara l-2024.
Jekk tixtiequ tattendu, tistgħu tirreġistraw minn hawn.