Meet Your MEPs: One Year On

Għandkom kurżità fuqiex kienu qed jaħdmu l-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) tagħkom matul is-sena li għaddiet? Dwar liema sfidi u opportunitajiet għadhom iridu jiffaċċjaw?
L-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO) f'Malta, f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, jistedinkom biex tingħaqdu magħna għall-avveniment "Meet Your MEPs: One Year On" – sessjoni interattiva u opportunità unika sabiex tinteraġixxu direttament mal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew, tistaqsu l-mistoqsijiet tagħkom, u taqsmu l-fehmiet tagħkom dwar il-futur tal-Ewropa.
L-avveniment se jsir fit-30 t'Ottubru f'12pm, il-Junior College (Kamra A301, Connections Conference and Meeting Facilities). Titilfux din l-opportunità li tinvolvu ruħkom, taqsmu l-ideat, u ssemmgħu leħinkom! Ibbukkjaw postkom u rreġistraw għall-avveniment minn hawn sabiex tkunu parti mill-konverżazzjoni.
Ħerqanin biex narawkom hemm!
EPLO Valletta