Sessjoni ta' informazzjoni dwar it-traduzzjoni

Ingħaqdu magħna u skopru d-dinja tat-traduzzjoni fil-Parlament Ewropew!
Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Marzu, se norganizzaw sessjoni ta’ informazzjoni dwar it-traduzzjoni, mogħtija mid-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Parlament Ewropew, Valter Mavrič, u l-Kap tal-Unità tat-Traduzzjoni Maltija, Clare Bugeja Gafà.
Titlifx din l-opportunità biex titgħallem dwar ix-xogħol tal-professjonisti tal-lingwi tagħna, tiskopri l-għodod u l-prattiki tagħna tat-traduzzjoni, u tisma’ dwar opportunitajiet għal traineeships u għall-karriera tiegħek!
🗓️ Il-Ħamis, 19 ta’ Marzu 2026 fl-10am
📌 EPLO Malta, Dar l-Ewropa, 254, Triq San Pawl, il-Belt Valletta
Irreġistra minn hawn.
Tista’ tirreġistra sat-18 ta’ Marzu fis-6pm.