Il-Futur Tiegħek fl-UE
.png)
Qatt ikkunsidrajt karriera futura fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, imma ma kontx ċert/a minn fejn taqbad tibda? Jekk iva, it-taħdita li jmiss ta' JEF Malta dwar il-karrieri fl-UE, hija għalik!
JEF Malta qed torganizza sessjoni informattiva li tkopri r-rwoli disponibbli, ir-rekwiżiti tad-dħul, il-proċess tal-applikazzjoni, u kif inhi l-ħajja ta' kuljum f'dawn il-karrieri. Elaine Cordina, l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew f'Malta, se tipparteċipa f'din id-diskussjoni.
📅 Data: 28/11/25
🕒 Ħin: Minn 12:00 sas-14:00
📍 Post: Il-Common Room tal-Università
Irreġistra hawn.