Diżinformazzjoni fil-Librerija tal-Università ta’ Malta

Din il-ġimgħa, l-Uffiċċju tal-PE f’Malta nieda installazzjoni dwar id-Diżinformazzjoni fil-Librerija tal-Università ta’ Malta, li huwa wkoll fejn se ssir Konferenza dwar l-Identifikazzjoni tad-Diżinformazzjoni fl-24 ta’ April.

disinformation-exhibition-at-the-library-of-the-university-of-malta

Din il-ġimgħa, l-Uffiċċju tal-PE f’Malta nieda installazzjoni dwar id-Diżinformazzjoni fil-Librerija tal-Università ta’ Malta, li huwa wkoll fejn se ssir Konferenza dwar l-Identifikazzjoni tad-Diżinformazzjoni fl-24 ta’ April.

L-installazzjoni tikkonsisti f’tagħrif li jkopri s-suġġetti li ġejjin:

  • X’inhuma l-intenzjonijiet wara d-diżinformazzjoni
  • Min huma l-atturi tad-diżinformazzjoni
  • Liema mekkaniżmi jużaw
  • Għaliex għandna bżonn naġixxu kontriha
  • X’qed tagħmel l-UE biex tiġġielidha
  • X’tista’ tagħmel int

Din se tiġi esebita f’diversi spazji pubbliċi matul is-sena u hija maħsuba biex toħloq għarfien u diskussjoni dwar l-informazzjoni kollha li nirċievu kuljum.

Entitajiet interessati li jospitaw din l-installazzjoni huma mistiedna jikkuntattjawna bl-email fuq epvalletta@europarl.europa.eu.