Il-kampanja tal-elezzjonijiet tal-PE tirbaħ il-Eurobest Grand Prix għall-Effettività Kreattiva
Il-kampanja ta’ komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 ingħatat wieħed mill-akbar premji fl-industrija kreattiva fl-Ewropa.

Il-kampanja ta’ komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament tal-2024, “Xerred il-Kelma - Uża l-Vot Tiegħek”, maħluqa f’kooperazzjoni ma’ NoA | &Co., ingħatat il-premju Eurobest Grand Prix għall-Effettività Kreattiva. Il-premju jirrikonoxxi l-kunċett b’saħħtu tal-kampanja, ir-rilevanza trans-Ewropea, u l-impatt tanġibbli tagħha fuq l-involviment demokratiku.
Il-kampanja, li ġiet implimentata fis-27 Stat Membru kollha tal-UE, kisbet viżibbiltà u interazzjoni fenomenali: 40% ftakru l-kampanja, kisbet 339 miljun online view kompluti, 1.06 biljun impressjoni, u żieda sinifikanti fil-votazzjoni minn dawk il-persuni li ftakru l-kampanja. Dan jikkontribwixxi għall-ogħla parteċipazzjoni f’elezzjoni Ewropea mill-1994 ’l hawn. F'Malta, il-parteċipazzjoni elettorali kienet ta' 72.8% tat-total ta' votanti reġistrati. Għalhekk, għall-ewwel darba f'20 sena, il-parteċipazzjoni elettorali żdiedet marġinalment, iżda b'mod sinifikanti, ix-xejra preċedenti ta' tnaqqis inbidlet f'żieda.
Ir-rinfurzar tal-involviment demokratiku
Fil-qalba tal-kampanja, kien hemm dokumentarju ta’ erba’ minuti li jgħaqqad lin-nanniet u n-neputijiet tagħhom mill-Istati Membri tal-UE. Il-konverżazzjonijiet naturali tagħhom, mingħajr ebda skript, dwar il-libertà, l-għażla, u d-dover ċiviku offrew riflessjoni reali u umana fuq valur Ewropew ewlieni: il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.
Id-Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni fil-Parlament Ewropew, Christian Mangold, laqa’ l-aħbar tal-premju: “Dan ir-rikonoxximent juri kemm hu b’saħħtu li tinteraġixxi man-nies permezz ta’ stejjer ġejjin minn esperjenzi veri. Il-kampanja “Xerred il-Kelma” fakkret lill-Ewropej li jeħtieġ li nipproteġu d-demokrazija flimkien, u ngħadduha minn ġenerazzjoni għal oħra. Meta ċ-ċittadini jaraw ħajjithom stess riflessa f’dawn l-istejjer, huma jkunu jistgħu jaraw aktar il-valur tad-demokrazija.”
Il-kampanja twasslet permezz ta’ taħlita integrata ta’ media mħallsa, miksuba, maqsuma u bi sjieda. Hija kisbet livelli bla preċedent ta’ rappurtaġġ organiku, inkluż skrinjar fil-Festival tal-Films ta’ Cannes, u dehret fi kważi 900 ċinema madwar l-Ewropa.
Ċifri ewlenin
• 40% ftakru l-kampanja madwar l-Ewropa
• 339 miljun online view kompluti
• 1,051 artiklu ppubblikati
• 22,137 dehra fuq it-TV fuq 397 stazzjon
• Estimu ta’ €43.2 miljun valur tal-media miksub
• 45% żieda fil-parteċipazzjoni elettorali fost dawk li ftakru l-kampanja
• L-ogħla parteċipazzjoni elettorali mill-1994 ’l hawn
Premji
Flimkien mal-Eurobest Grand Prix, il-kampanja ta’ komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 irċeviet Wood Pencil mingħand D&AD, One Show Gold Pencil, u żewġ premji Bronze Clio fl-2025. Kienet ukoll waħda mill-finalisti fil-Cannes Lions tal-2025 u ġiet rikonoxxuta b’diversi premji addizzjonali Ewropej u fl-industrija nazzjonali.