EP Unboxed - Ħarsa lejn il-ħidma tal-MPE Maltin
B'kollaborazzjoni ma' Sidestreet Malta

Rajt xi wieħed minn dawn il-filmati fuq il-paġna tagħna fuq Facebook jew Instagram? Jekk le, issa l-waqt li tarahom!
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Sidestreet, nieda EP Unboxed - sensiela ta’ filmati qosra li turi l-ħidma li jwettqu l-Membri tal-Parlament Ewropew Maltin. Kull filmat jiffoka fuq MPE Malti u jenfasizza aspett mill-ħidma tiegħu fuq livell Ewropew, inkluż filmat li jispjega fiex jikkonsisti r-rwol tal-President tal-PE.
F’madwar minuta, dawn il-filmati joffru ħarsa qasira u aċċessibbli lejn id-dibattiti, il-prijoritajiet tal-politiki u l-inizjattivi leġiżlattivi li jseħħu fi Brussell u fi Strażburgu.
Kemm jekk hu t-tiswir tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-kontribuzzjoni f’dibattiti ewlenin, jew il-ħidma tal-MPE fuq kwistjonijiet li jagħmlu differenza lin-nies madwar l-Ewropa, din is-sensiela tipprovdi ritratt ta’ kif inhuma attivi r-rappreżentanti Maltin fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Is-sensiela sħiħa ta’ filmati tista’ ssibha fuq il-media soċjali tagħna: Facebook, Instagram jew fuq YouTube:
Alex Agius Saliba
Peter Agius
Daniel Attard
Thomas Bajada
David Casa
Roberta Metsola