EU Unlocked - Kors għall-intraprendituri
Fil-15 ta' Mejju, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u l-Fondazzjoni għall-Promozzjoni ta' Inizjattivi Intraprenditorjali (FPEI) se jniedu kors fuq tliet ġimgħat kull nhar ta' Ġimgħa għal intraprendituri żgħażagħ.
.png)
EU Unlocked jgħin lil intraprendituri bl-għarfien u l-għodod biex jinnavigaw fl-ambjent tan-negozju Ewropew u jdawru r-regolamentazzjoni f'opportunità. Il-kors hu ddisinjat madwar ir-realtajiet ta' Stat Membru żgħir tal-UE u joffri għarfien prattiku dwar kif id-deċiżjonijiet tal-UE jimpattaw lin-negozji u dwar kif l-intraprendituri jadattaw b’mod strateġiku. Il-parteċipanti se jesploraw kif isiru l-liġijiet Ewropej u kif in-negozji jistgħu jinfluwenzaw il-politika, jiskopru opportunitajiet ta' finanzjament u appoġġ mil-UE, inkluż introduzzjoni dwar l-hekk imsejjaħ it-28 reġim propost għal kumpaniji innovattivi. Fost is-suġġetti oħra hemm it-tassazzjoni u l-liċenzjar, l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u l-IA fuq l-SMEs u l-effetti tat-tensjonijiet ġeopolitiċi fuq in-negozju.
Irreġistra issa fuq https://fpei.mt/project/eu-unlocked-law-tech-growth-for-entrepreneurs/