Business Breakfast – Tmexxija bl-Inklużjoni
Nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta (EPLO) ngħaqad mad-Direttorat tad- Drittijiet tal-Bniedem u mal- CORE platform biex jiddiskuti l-importanza tal-miżuri kontra r-razziżmu u d-diversità fil-post tax-xogħol.

Nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta (EPLO) ngħaqad mad-Direttorat tad- Drittijiet tal-Bniedem u mal- CORE platform biex jiddiskuti l-importanza tal-miżuri kontra r-razziżmu u d-diversità fil-post tax-xogħol. Fl-intervent tagħha, Elaine Cordina, uffiċjal tal-EPLO tkellmet dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-politika tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll dwar il-miżuri interni tal-Parlament innifsu kontra r-razziżmu. Id-diskussjoni kompliet f'workshops individwali ma' rappreżentanti ta' negozji, imsieħba u uffiċjali minn oqsma differenti. Id-diskussjoni enfasizzat ir-rwol tal-mexxejja fil-ħolqien ta’ ambjenti tax-xogħol aktar inklużivi. Din l-attività saret b'kontribuzzjoni lejn l-objettivi tal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu (NAPAR).