L-EPAS jilqa’ skejjel ġodda u ċertifikati mill-ġdid għall-2025-2026

L-aħħar aġġornamenti fin-network tal-EPAS

europe-day-2025

Aħna u nibdew sena skolastika ġdida, ninsabu kuntenti ħafna biex inħabbru l-aħħar żidiet fin-network tagħna tal-Iskejjel Ambaxxaturi tal-Parlament Ewropew (EPAS), kif ukoll l-iskejjel li ġeddew iċ-ċertifikazzjoni tagħhom u issa se jieħdu r-rwol ta’ skejjel mentors tal-EPAS.

Id-dedikazzjoni tal-iskejjel kollha li qed jipparteċipaw biex jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea u biex jinvolvu lill-istudenti f’attivitajiet relatati mal-UE hija verament ta’ ispirazzjoni.

Awguri lill-iskejjel ċertifikati mill-ġdid u l-iskejjel mentors tal-EPAS

Nifirħu mill-qalb lill-iskejjel li ġejjin talli kisbu b’suċċess iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u talli saru skejjel mentors tal-EPAS:

  • Il-Kulleġġ Santa Klara, l-Iskola Sekondarja ta’ Pembroke
  • L-Iskola St Dorothy’s
  • Il-Kulleġġ St Edward’s
  • Il-Kulleġġ San Injazju
  • L-Iskola St Joseph
  • Il-Kulleġġ St Martin’s
  • Il-Kulleġġ St Thomas More
  • L-Iskola Nazzjonali tal-Isport

Dan ir-rikonoxximent juri l-involviment inkredibbli ta’ dawn l-iskejjel fil-Programm EPAS u l-kapaċità tagħhom li jispiraw u jappoġġjaw lil skejjel oħra fin-network. Bħala skejjel mentors tal-EPAS, huma se jkollhom rwol ewlieni biex jiggwidaw lil parteċipanti ġodda, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u jrawmu komunità kollaborattiva ta’ skejjel b’mentalità Ewropea.

Merħba lill-iskejjel iċċertifikati ġodda tal-EPAS  

Ninsabu ferħanin ħafna biex nilqgħu lill-iskejjel li ġejjin li kisbu ċ-ċertifikazzjoni tal-EPAS għall-ewwel darba:

  • De La Salle, Sixth Form
  • L-Iskola Sekondarja Sacred Heart
  • Sir M.A. Refalo, Għawdex
  • MCAST - Il-Fakultà tal-Inġinerija u t-Trasport
  • Il-Kulleġġ San Alwiġi
  • Lily of the Valley

Iċ-ċertifikazzjoni bħala skola tal-EPAS tirrikonoxxi l-impenn ta’ kull istituzzjoni li trawwem valuri Ewropej, demokrazija u ċittadinanza attiva fi ħdan il-komunità tal-iskola tagħhom.

Skejjel ġodda li jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikazzjoni fl-2025-2026

L-iskejjel li ġejjin qed jissieħbu fin-network tal-EPAS għall-ewwel darba, u se jaħdmu sabiex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni fis-sena skolastika li ġejja:

  • L-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof
  • G.F. Abela Junior College, l-Università ta’ Malta
  • Il-Kulleġġ Mediterranju tal-Isport
  • Il-Kulleġġ Santu Wistin
  • L-Iskola Our Lady Immaculate
  • Il-Kulleġġ Ninu Cremona f’Għawdex, l-Iskola Sekondarja
  • Il-Kulleġġ De La Salle, Senior School
  • Giovanni Curmi Higher Secondary
  • MCAST - L-Istitut tas-Servizzi Komunitarji

Ninsabu ħerqanin sabiex nappoġġjaw lil dawk l-iskejjel huma u jibdew il-vjaġġ tagħhom tal-EPAS, u jinvolvu lill-istudenti tagħhom f’attivitajiet ta’ tagħlim u ta’ ċittadinanza Ewropea.

Nixtiequ lill-iskejjel kollha tagħna bidu tajjeb u pożittiv għas-sena skolastika l-ġdida. Flimkien, ninsabu ħerqanin għal sena oħra ta’ tagħlim, involviment, u spirtu Ewropew!

Ir-rebbieħa tal-kwiżż tal-EPAS tas-sena li għaddiet, St Dorothy’s Senior School, kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-President Roberta Metsola f’April li għadda, meta hija żaret l-iskola sabiex tippremja lill-istudenti b’ċertifikati li jikkommemoraw il-kisba tagħhom.

Aktar tagħrif hawn.

Il-President Metsola żżur St Dorothy's Senior School - Ir-rebbieħa tal-EPAS 2024