L-EPLO Valletta jipparteċipa fil-Konferenza 2026 tal-Karta ta’ Malta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni.

Dr Mario Sammut, Kap tal-EPLO Malta, indirizza l-kwistjoni tad-diżinformazzjoni fit-tielet Konferenza tal-Karta ta’ Malta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, li saret fix-Xara Lodge, fis-26 ta’ Mejju 2026.

Waqt li tkellem fit-tielet Konferenza tal-Karta ta’ Malta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, li saret fix-Xara Lodge, fis-26 ta’ Mejju 2026, Dr Mario Sammut, Kap tal-EPLO Malta, indirizza l-kwistjoni tad-diżinformazzjoni, riflessa fil-Wirja ta’ Diżinformazzjoni tal-EPLO li kienet qed tintwera simultanjament matul il-konferenza. 

B’referenza għall-installazzjoni li tipprovoka l-ħsieb dwar waħda mill-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja d-demokrazija llum, huwa nnota li “f’dinja li qed issir dejjem aktar interkonnessa, fejn l-informazzjoni tinfirex malajr u hemm tant minnha li huwa diffiċli li tiġi diġerita, huwa faċli li wieħed jiġi infurmat ħażin, mhux infurmat u saħansitra manipulat minn dak li naraw u naqraw online, fuq il-media u l-media soċjali. Il-Parlament Ewropew huwa il-ko-awtur ta' leġiżlazzjoni, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li għandha l-għan li tiġġieled id-diżinformazzjoni, fost l-oħrajn. Lil hinn mil-leġiżlazzjoni, il-Parlament Ewropew jiġġieled ukoll id-diżinformazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, l-appoġġ għall-verifikaturi tal-fatti u s-sensibilizzazzjoni dwarha permezz ta’ inizjattivi bħal din il-wirja.”

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konferenza tal-Karta ta’ Malta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, bit-tema “Lil hinn mill-bias: l-IA, in-Newrodiversità u l-Bini ta' Postijiet tax-Xogħol Inklużivi, iffukat fuq strateġiji u konverżazzjonijiet li jappoġġaw bidla sinifikanti u dejjiema. Filwaqt li kompliet bl-impenn tagħha li tippromwovi d-diversità u l-inklużjoni, il-konferenza laqqgħet flimkien organizzazzjonijiet biex jiddiskutu modi prattiċi kif jinbnew postijiet tax-xogħol u komunitajiet aktar inklużivi f’Malta. 

Żewġ diskorsi ewlenin ta' ispirazzjoni saru mis-Sinjura Emma Holton, ekonomista femminista li ffukat fuq bidliet fil-kultura tant meħtieġa fuq il-post tax-xogħol u lil hinn minnu, u Dr Gege Gatt, speċjalist tal-IA u tal-liġi tal-IT, li ddeskriva r-rabta bejn l-IA u l-Inklussività.

image-from-the-document-managerimage-from-the-document-manager-1image-from-the-document-manager-2image-from-the-document-manager-3image-from-the-document-manager-4