Give to gain

On the 28th March, EPLO Valletta participated in and supported the annual International Women’s Day collaboration between SHE: Social Hub Entrepreneurs and Malta Chamber of SMEs,

give-to-gain

Fit-28 ta’ Marzu, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta (EPLO Valletta) ipparteċipa u appoġġa l-kollaborazzjoni annwali għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa bejn SHE: Social Hub Entrepreneurs  u l-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji ta’ Malta li laqqgħet flimkien aktar minn 100 mara fin-negozju fi skambju miftuħ u sinċier dwar prattika tajba, diffikultajiet, u feedback.

L-għodwa bdiet b'diskors b’saħħtu mis-Sinjura Rebecca Bonnici, CEO tal-Iskejjel BELS tal-Lingwa Ingliża, li ffokat fuq it-tmexxija fil-ħajja u l-lezzjonijiet mit-tkabbir, ir-reżiljenza, l-evoluzzjoni, u l-ftuħ ta’ bibien għall-oħrajn.

Dan kien segwit minn sensiela ta’ workshops simultanji, kull wieħed ospitat minn ħarrieġ individwali, li trattaw kwistjonijiet prattiċi dwar:

 

  • Ipprezzar kunfidenti
  • Referenzi li jagħmlu impatt
  • Kif jinbena dħul rikorrenti
  • Nitkellmu u nkunu prezenti b’mod awtorevoli
  • Stejjer irrakkuntati b’mod li jibni l-fiduċja
  • Kif ikollna konversazzjonijiet diffiċli b’modi aktar faċli
  • Tmexxija sostenibbli (mingħajr burnout)
  • Sistemi li jiffrankaw 10 sigħat fil- ġimgħa
  • Litteriżmu finanzjarju għall-fundaturi

 

Is-Sa Elaine Cordina, Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-EPLO Valletta, għalqet l-għodwa b'referenza għad-dibattitu ta' Jum il-Mara ta' din is-sena fil-Parlament Ewropew u b'enfasi partikolari fuq id-diskors ta' Jackie Fox, omm Irlandiża, li appellat lill-Membri tal-PE biex jestendu l-liġijiet dwar il-bullying ċibernetiku adottati b'suċċess fl-Irlanda għall-bqija tal-Ewropa.  Dan kien eżempju ċar ta’ kif in-nisa jistgħu jagħmlu impatt,  f’Parlament Ewropew li joħloq l-ispazju biex jagħmlu dan.