L-Identifikazzjoni tad-Diżinformazzjoni – taħseb li tkampa?
Id-diżinformazzjoni tista’ timmina d-demokrazija mingħajr ma nintebħu, u tnaqqas il-fiduċja fl-elezzjonijiet, fl-istituzzjonijiet, fid-dibattitu pubbliku, u fiċ-ċittadini nfushom.

Id-diżinformazzjoni tista’ timmina d-demokrazija mingħajr ma nintebħu, u tnaqqas il-fiduċja fl-elezzjonijiet, fl-istituzzjonijiet, fid-dibattitu pubbliku, u fiċ-ċittadini nfushom.
Imma xi nfissru b’diżinformazzjoni? Kif tolqotna?
Ingħaqad magħna għal konferenza ta’ nofstanhar fejn se jkun hemm skambji ma’ akkademiċi u professjonisti dwar kif nifhmu d-diżinformazzjoni u kif din tinħoloq biex tinfluwenzana. Is-sessjonijiet se jħarsu lejn it-tattiċi użati fil-ħolqien ta’ kontenut qarrieqi, l-għodod prattiċi disponibbli biex jiġu vverifikati s-sorsi filwaqt li jinstabu narrattivi foloz fil-kuntest Malti. Se jkun hemm ukoll workshop dwar kif wieħed jista’ jidentifika d-diżinformazzjoni.
L-MEPs Alex Agius Saliba u Peter Agius se jikkonkludu s-sessjoni b’diskussjoni dwar id-diżinformazzjoni li jiltaqgħu magħha f’xogħolhom bħala MEPs.
Il-konferenza qed tiġi organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni 3CL, l-Università ta’ Malta, u l-MCAST. Se ssir nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ April fil-Librerija tal-Università ta’ Malta.