JEF Malta, b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta

JEF Malta, b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta u msieħba lokali oħra, organizzat ġimgħa ta' attivitajiet bejn it-18 u l-25 ta' Marzu bit-titlu 'L-Arti tal-Attiviżmu', li laqqgħet liż-żgħażagħ biex jesploraw kif il-kreattività u l-impenn ċiviku jistgħu jsaħħu l-parteċipazzjoni demokratika.

jef-malta-in-collaboration-with-the-european-parliament-liaison-office

JEF Malta, b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta u msieħba lokali oħra, organizzat ġimgħa ta' attivitajiet bejn it-18 u l-25 ta' Marzu bit-titlu 'L-Arti tal-Attiviżmu', li laqqgħet liż-żgħażagħ biex jesploraw kif il-kreattività u l-impenn ċiviku jistgħu jsaħħu l-parteċipazzjoni demokratika.

Il-kampanja ta' ġimgħa kienet tinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet, inkluż taħdita pubblika, workshops, sessjonijiet interattivi u wirja tal-arti, kollha mmirati biex jinkoraġġixxu r-riflessjoni dwar il-valuri Ewropej, l-inklużjoni u ċ-ċittadinanza attiva.

Id-dibattitu 'Language and Democracy,  ensuring every voice is heard' (Lingwa u Demokrazija, nużguraw li kull vuċi tinstema') kellu kelliema ta' livell għoli, inkluż is-Sur Walter Mavrič, Direttur Ġenerali fid-DĠ għat-Traduzzjoni tal-Parlament, is-Sinjura Rhoda Garland, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, il-Professur Ray Fabri, mill-Istitut tal-Lingwistika u s-Sinjura Nicole Bartolo, gradwata tal-lingwi. Il-punt ewlieni tad-dibattitu kien li "l-kjarezza hija aktar importanti mis-simplifikazzjoni" u li l-komunikazzjoni effettiva ma tħallix barra informazzjoni iżda tara li l-affarijiet ikunu ċari.

L-inizjattiva tifforma parti minn kampanja Ewropea usa’ mmexxija miż-Żgħażagħ Federalisti Ewropej kollha, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-attiviżmu taż-żgħażagħ fiż-żamma tal-valuri demokratiċi u fl-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni akbar fil-ħajja ċivika.