Studenti tal-Erasmus mill-Ungerija u l-Italja jżuru Dar l-Ewropa

L-Uffiċċju tal-PE f’Malta jibqa’ ħerqan għal opportunitajiet bħal dawn biex jilqa’ lil żgħażagħ Ewropej f’Dar l-Ewropa

Hungarian-students

Fl-24 ta’ Settembru, l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta laqa’ lil grupp ta’ 20 student Ungeriż, flimkien ma’ erba’ għalliema tagħhom, waqt li dawn qegħdin iżuru Malta permezz tal-proġett Erasmus+.

L-istudenti tal-Iskola Primarja u tal-Isport Gyöngyösi Kálváriaparti ngħataw preżentazzjoni qasira dwar il-ħidma tal-Uffiċċju tal-PE f’Malta, u dwar kif tinbet liġi Ewropea, b’enfasi partikolari fuq l-involviment tal-MPE eletti direttament f’kull Stat Membru.

Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq il-benefiċċji li pajjiż ikun Stat Membru tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-akkwist taċ-ċittadinanza Ewropea, il-moviment ħieles u l-parteċipazzjoni fl-Erasmus.

Fit-23 ta’ Mejju, grupp ta’ 38 student mill-Italja, mill-Istituto Superiore Carlo dell’Acqua, żar l-Uffiċċju tal-PE f’Malta, ukoll permezz ta’ skambju tal-programm Erasmus.

L-Uffiċċju tal-PE f’Malta jibqa’ ħerqan għal opportunitajiet bħal dawn biex jilqa’ lil żgħażagħ Ewropej f’Dar l-Ewropa.

italian-students